Minn tal-inqas 245 persuna tilfet ħajjitha f’valangi tat-tajn fil-Kolombja. Xita qliel għerqet parti minn Mocoa li tinsab fl-Lbiċ tal-pajjiż.
Aktar minn elf suldat jinsab involut fl-operazzjoni ta’ salvataġġ wara li mijiet ta’ nies fl-inħawi kienu kostretti jaħarbu minn djarhom b’ta’ fuqhom senduqhom.
Il-President Kolumbjan Juan Manuel Santos iddikjara stat t’emerġenza fir-reġjun milqut u tar lejn il-postijiet milquta biex jispezzjona l-operazzjoni ta’ salvataġġ.