Tiftakru meta ġew tal-Kummissjoni ta’ Venezja? U għedtilkom li aħjar inkantawlhom il-kanzunetta ta’ Marco Masini? Liema waħda? Naturalment dik Vaffan….
Jekk kien hemm prova kemm kelli raġun biżżejjed li wieħed jara x’ġara f’dawn il-jiem. Ġejna biex nagħżlu President tar-Repubblika. Il-Partit Laburista għażel sewwa li Dr George Vella. Wara ftit il-Partit Nazzjonalista, u dan ngħidu b’ġieh għalihom, iddikjaraw li lesti li jagħtu l-appoġġ tagħhom lin-nomina ta’ Dr George Vella.
Hekk bħala Maltin tajna eżempju kif għandhom isiru l-affarijiet minkejja ċ-ċokon tagħna. Kieku kien għall-Kummissjoni ta’ Venezja, appoġġ li nagħmlu votazzjoni u l-ewwel tliet votazzjoni biex Dr George Vella jsir President. L-ewwel ikun hemm tliet votazzjoni ħalli jipprova jkollu maġġoranza ta’ żewġ terzi, mbaghad meta dan ma jkunx possibbli, ngħaddu għall-maġġoranza sempliċi.
Jiġifieri kieku nieħdu l-parir tagħhom fl-aħħar mill-aħħar nispiċċaw li niddeċiedu b’maġġoranza sempliċi.
Imma li l-partit tal-Oppożizzjoni jingħaqad mal-partit fil-gvern u jaqbel ma’ għażla sewwa, mingħajr votazzjonijiet fażulli, kemm hu gieh għal dan il-pajjiż żgħir !
Mhux aħjar li fuq l-eżempju tal-Maltin imorru jgħidu lill-pajjiżi oħra tal-Ewropa kif għandhom isiru l-affarijiet bil-galbu u bil-għaqal. U mhux jiġu jgħidu lilna kif għandna nagħmlu.
Jekk ma jagħmlux dan fuq l-eżempju eċċellenti ta’ Malta, ngħidilhom il-kanzunetta kollha ta’ Masini (it-Taljan mhux l-Għawdxi) “Vaffanculo”