Il-fondazzjoni ta’ Valletta 2018 uriet tħassib għall-bill boards politiċi li hemm fil-foss ta’ San Ġakbu. Dawn qegħdin fid-daħla tal-Belt u jgħattu l-fortifikazzjoni ta’ San Gakbu.
Ic-chairman ta’ V18 Jason Micallef qal li l-fondazzjoni qed tiddefendi l-patrimonju nazzjonali . Żied jgħid li mhux aċċetabli li partit politiċi jagħmlu mill-belt kapitali tagħna hub ta’ billboards.
Jason Micallef żied jgħid li mhux aċċetabbli li installazzjoni ta’ V18 li hemm faccata tal-billboards ma tistax titgawda mill-pubbliku li jkun għaddejjien mill-foss ta’ San Ġakbu. Appella lill-awtoritajiet u lill-partiti politiċi sabiex jieħdu azzjoni f’ġieħ il-wirt nazzjonali tagħna.