Raġel mill-Użbekistan li għandu 44 sena ġie arrestat u tressaq il-Qorti akkużat li importa timbri u viżi foloz li jintużaw minn persuni għad-dħul u ħruġ miż-żona Schengen.
Ir-raġel tressaq il-Qorti lbieraħ u ġie akkużat ukoll bi traffikar ta’ persuni u li għen persuni biex jirrisjedu f’pajjiżna b’mod irregolari.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u nżamm taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Karl Roberts u Christian Abela mis-Sezzjoni tal-Immigrazzjoni.