Dik li bdiet bħala protesta fil-paċi barra ċ-ċentru konvenzjonali ta’ Phoenix inbidliet f’kaos sħiħ.
Dan seħħ it-Tlieta filgħaxija hekk kif uffiċjali tal-pulizija użaw il-gas tad-dmugħ biex jikkontrollaw lill-eluf ta’ persuni li nġabru biex jipprotestaw kontra l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.
Dawn il-protesti waslu wara aktar minn ġimgħa wara li saru demostrazzjonijiet f’Charlottesville, Virginia, li saħansitra waslu għal numru ta’ persuni feruti u persuna mejta.
Trump kien ikkundannat minn bosta għar-rispons tiegħu fuq dak li seħħ f’Virginia, hekk kif ta t-tort liż-żewġ naħat għall-vjolenza li nħolqot. B’kollox, ġew arrestati erba’ persuni b’rabta ma’ dan il-każ.