Fi stqarrija maħruġa it-Tlieta waranofsinhar, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili spjega li n-nirien li ħakmu sit fil-Marsa kienu intfew kompletament. In-nar tkebbes fis-sit it-Tlieta filgħodu u minħabba n-natura tiegħu kkawża daħna kbira sewda li dehret minn madwar Malta.
Fua il-post biex jitfu n-nirien kien hemm għaxar vetturi tat-tigi tan-nar fosthom tliet bowsers kbar li jintużaw f’inċidenti ta’ nar kbar u dawk industrijali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-għoxrin pumpier fuq il-post ħadmu ghal sigħat fi sħanat qawwija li ġew ikkawżati mill-materjal li beda jaqbad fosthom pajpijiet kbar tal-ilma u tyres.
Preżenti fuq il-post tal-inċident kien hemm ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei bħala prekawzjoni.