Mara ta’ 40 sena mill-Qrendi nqatlet wara li ġew sparati tiri b’arma tan-nar fiż-żona industrijali ta’ Kordin.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li l-każ seħħ għal ħabta tat-08:00 fit-telgħa ta’ wara l-MCAST.
Il-mara kienet qed issuq karozza tat-tip Nissan Qashqai.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, madankollu l-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Bħalissa l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u tat-Taqsima tal-Omiċidji jinsabu għaddejjin bi tfittxija għall-persuna li wettaq dan ir-reat.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

