Aloisia Mifsud Grech kienet ikkundannata għal sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin mill-Qorti tal-Appell wara li fl-elfejn u dsatax kienet ikkundannata erba’ snin priġunerija u kienet mitluba tħallas lura is-somma li tiżboq it-tletin elf ewro.
Mifsud Grech ttellgħet il-Qorti lura f’Marzu tal-elfejn u ħmistax mixlija b’miżapproprijazzjoni ta’ flus.
Il-każ kien jikkonċerna deheb kif ukoll ammont ta’ flus li nġibdu tliet darbiet permezz tal-użu ta’ prokura mill-kont bankarju ta’ omm l-akkużata iżda li ma kienux awtorizzati mill-omm.
Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera temmet is-sentenza tagħha tgħid li hija ħasra li familja magħquda titkisser minħabba l-flus.
Għall-akkużata dehru l-avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.