Libjan ta’ 28 sena intbagħat tmien xhur ħabs wara li ammetta li uża permess ta’ residenza Ingliża falz waqt li kien qed jivjaġġa mil-Libja lejn ir-Renju Unit.
L-akkużat kien arrestat fl-ajruport ta’ Malta wara li wasal minn Mitiga. L-intenzjoni tiegħu kienet li jitla fuq ajruplan lejn Edinburgh.
Wara li kkonsulta mal-avukat, il-Libjan qal lill-pulizija li se jkun qed jitlob għall-ażil, għalkemm l-avukat tiegħu qal li l-intenzjoni oriġinali ma kinitx hekk. L-avukat qal ukoll li ma kinitx l-ewwel darba li l-Qorti tat sentenza sospiża wara li kien ikkunsidrat is-sitwazzjoni mħawwda tal-pajjiż minn fejn ġej l-akkużat.