Albaniż ta’ 55 sena ngħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal 18-il xahar wara li nstab ħati li uża passaport falz biex jitlaq minn pajjiżna.
Jidher li Ben Cura, l-akkużat, uża passaport Bulgaru biex siefer barra minn Malta, iżda nġieb lura pajjiżna biex jitressaq il-Qorti.
Allegatament dan siefer biex isib xogħol fir-Renju Unit, iżda mal-wassla tiegħu l-uffiċjali tal-fruntieri Ingliżi indunaw bir-reat u bagħtuh lura Malta. Huwa kien arrestat minnufih minkejja li qal li dan kien żball ġenwin. Fil-Qorti intqal li fil-fatt, ma kienx hu li ħadem il-passaport falz.
Huwa nstab ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal 18-il xahar.