Il-ħames edizzjoni ta’ Tallinja għall-Istrina se ssir nhar is-Sibt li ġej, b’kollaborazzjoni bejn Malta Public Transport u l-Uffiċċju tal-President.
Malta Public Transport se tagħti fondi għal kull vjaġġ li l-klijenti jagħmlu nhar is-Sibt, inklużi dawk il-vjaġġi li jaqgħu taħt l-iskema tat-trasport b’xejn, lill-Malta Community Chest Fund (MCCF).
Aktar ma klijenti jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja matul il-ġurnata, aktar se jinġabru fondi b’risq MCCF.
Il-President ta’ Malta, George Vella laqa’ l-inizjattiva u rringrazzja lil Malta Public Transport u lill-klijenti kollha tagħha talli emmnu fir-rwol uniku li għandha l-MCCF biex tappoġġja lill-komunità Maltija u lil dawk fil-bżonn.
“Peress li l-appoġġ finanzjarju, materjali u professjonali lil persuni b’mard kroniku sever qiegħed dejjem jiżdied, huwa sabiħ li kumpaniji bħal Malta Public Transport joħorġu b’inizjattivi altruistiċi bħal dawn,” qal il-President Vella.