L-eks Deputat Nazzjonalista u Avukat tal-għaqda Repubblika, Jason Azzopardi, għażel li ma jibqax jirrappreżenta legalment lil Roger Agius fil-Qorti, avolja fl-aħħar żmien iddikjara li lest jidħol fin-nar għalih.
Hu għamel dan fl-aħħar seduta ta’ każ dwar abbużi fil-benefiċċji soċjali fejn, f’nota ppreżentata lill-Maġistrat Rachel Montebello, informa lill-Qorti li kien qed iċedi r-rappreżentazzjoni tiegħu lil Agius.
Dan anke jekk, għal diversi xhur li għaddew, Azzopardi uża lill-istess klijent u l-proċeduri li qed jiffaċċja biex biex jattakka lill-Gvern fil-pubbliku, jieħdu miegħu fi programmi ta’ diskussjoni u saħansitra jissuġġerilu kif għandu jitkellem.
Fil-fatt, fi programm fuq ir-radju tal-Knisja, Azzopardi, li kien akkumpanjat mill-istess Agius, f’diversi mumenti beda jinstigah jgħid affarijiet li kienu jiġġustifikaw aktar il-kampanja partiġġjana tiegħu.
“Kif se jgħidlek.”
“Għidilhom Roger!”
“Għidlu sa meta l-aħħar is-sena li għaddiet!”
“Min kien jorganizza l-bordijiet, għidlu, għidlu!”
Jason Azzopardi, Eks Deputat Nazzjonalista
Kien f’dan l-istess programm, li l-perċimes tal-‘Blue Heroes’ saħansitra ddeskriva lil Agius bħala mhux sempliċiment klijent ieħor u li kien lest jagħmel kollox għalih mill-qalb.
“Jien lil Roger, illum, ma nikkunsidrahx klijent, imma ħbieb. Dak li nagħmlu, nagħmlu minn qalbi u nidħol fin-nar għalih”.
Jason Azzopardi, Eks Deputat Nazzjonalista
Issa, wara li użah kemm seta’ biex jattakka lil kull min ma jaqbilx miegħu, Azzopardi abbanduna lill-hekk imsejjaħ ħabib tiegħu, fl-istil tipiku tiegħu, wara li bħal donnu laħaq l-iskop li kellu.
Fil-fatt, fil-Qorti għall-aħħar seduta, Agius deher mingħajr avukat u ma kellux min jassistih.
Is-sitwazzjoni jidher li hi agħar minn hekk, għax Agius, li qed jiffaċċja akkużi bħala parti minn grupp ta’ persuni li mexxew skema frodista minn fondi pubbliċi, għandu ordni ta’ ffriżar imposta