Muhammed Abdusalam Garowd ta’ 29 sena mill-Libja kien imċaħħad mill-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li uża karta tal-identita falza.
Il-Libjan wasal Malta il-Ġimgħa b’titjira mit-Tuneżija u ppreżenta karta tal-identita Spanjola ġo l-Ajruport.
Intant, l-avukat tiegħu saħaq li dan kien qed ifittex l-ażil wara li ħarab minn pajjiżu biex jaħrab il-kunflitt.
Fil-Qorti kien imsemmi ukoll kif Garowd huwa mfittex fil-Libja għas-sehem tiegħu fi żmien ir-reġim tal-Kurunell Gaddafi.