Somalu ta’ 23 sena ingħata sentenza ta’ xahar ħabs wara li ammetta li uża passaport ta’ ħaddieħor biex jingħata id-dritt għal-ażil.
L-Ispettur, Mario Haber, innota quddiem il-Magistrat Joe Mifsud kif qabel ma ġie Malta, l-akkużat kien ipprova jiggwadanja d-dritt għall-azil fl-Iżvezja mingħajr suċċess. Shariif Said Abdulqadir uża d-dokumenti tiegħu biex jidħol f’pajjiżna, iżda uża identità differenti fl-uffiċċju tal-kummissarju tar-refuġjati meta applika għal dan l-istat.
Huwa kien arrestat hekk kif tefa’ l-applikazzjoni tiegħu. Wara li jiskonta s-sentenza tal-ħabs mistenni jintbagħat lura lejn l-Iżvezja.