Il-Ġimgħa filgħaxija t-tim nazzjonali Malti tan-nisa kompla bil-wirjiet mill-aqwa tiegħu f’Grupp C1 tal-UEFA Women’s Nations League meta f”Ta’ Qali Malta rebħet 5 – 0 fuq Andorra.
Il-Maltin ħadu biss kwarta logħob biex marru fil-vantaġġ meta Haley Bugeja, wara cross mix-xellug b’daqqa ta’ ras xeħtet il-ballun fil-lasti tal-avversarji wara l-goalkeeper Vazquez.
In-nisa Maltin baqgħu aggressivi u ftit wara għamlu l-iskor 2 – 0 meta minn corner ta’ Anne Marie Said, Stefania Farrugia bir-ras għelbet lill-Vazquez għat-tieni darba.
Qabel il-mistrieħ Malta għal ftit ma’ għamlitx l-iskor 3 – 0 iżda l-konklużjoni ta’ Ylenia Carabott spiċċat mal-lasta.
Eżatt wara l-mistrieħ it-tim nazzjonali Malti skorja t-tielet gowl fejn mill-ġdid kienet Hayley Bugeja li b’xutt li ma jaħfirx kabbret il-vantaġġ favur Malta.
Id-dominju tal-Maltin kompla tul it-tieni 45 minuta u kien evidenti li l-skor kien se jkompli jikber b’Maria Farrugia tagħmel l-skor 4 – 0 f’nofs it-tieni taqsima.
Kwarta mit-tmiem Malta ingħataw penalty fejn mill-11 il-metru Rachel Cuschieri rat li Vasquez is-salva iżda mir-rebound lis-stess Cuschieri kkonkludiet fix-xibka għal skor finali ta’ 5 – 0.
Din ir-rebħa kompliet tikkonferma l-pużizzjoni ta’ Malta fil-quċċata tal-klassifika b’punti massimi wara tlett logħbiet.
Ritratt: Domenic Aquilina