Is-sit USA Today ikklassifika l-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa, bħala t-tieni l-aqwa minn fost l-isbaħ għaxar bajjiet fl-Ewropa.
Fir-rapport jingħad kif din il-bajja prinċipali u fost l-aktar imfittxijin f’pajjiżna hi perfetta għall-familji, b’baħar kalm, temperaturi sħan għal diversi xhur u varjazzjoni ta’ attivitajiet għall-gosti ta’ ħafna u b’servizzi bi prezzijiet irħas.
Il-Bajja Nissi fin-Nofsinhar ta’ Ċipru kienet l-unika waħda li taqbeż dik f’pajjiżna fl-analiżi tal-USA Today.
Dan kien rikonoxximent ieħor internazzjonali għall-bajjiet f’pajjiżna, wara li, f’Mejju li għadda, is-sit Forbes kien ukoll ikklassifika l-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa, fil-limiti tal-Imġarr, bħala l-aqwa waħda fost l-isbaħ ħmistax-il bajja fl-Ewropa.