Irjiħat b’saħħa ta’ uragan laqtu ċ-ċentru u t-Tramuntana tal-portugall, u ħallew 300,000 dar bla dawl.
L-uragan Leslie ħakem lil Portugall fil-lejl tas-Sibt, b’irjiħat li jleħqu l-176km fis-siegħa.
Uffiċjali tad-difiża ċivili qalu li 27 persuna sofrew grieħi ħfief, filwaqt li kien hemm għargħar, mijiet ta’ siġar inqalgħu u diversi titjiriet spiċċaw tħassru.
Il-maltempata, waħda mill-iktar b’saħħitha li qatt laqtet lill-Portugall, tinsab għaddejja fuq it-Tramuntana ta’ Spanja.