Paul Borg Olivier urtat, u bir-raġun, għax qed ikompli jinkixef għemil wieħed mill-ikbar ħbieb li għandu, Zaren Vassallo. Zaren huwa benefattur tal-Partit Nazzjonalista li jissemma f’rapport li għadu kemm ħareġ l-uffiċju tal-Awditur Ġenerali. Aktar importanti, qed jinkixef l-għemil ta’ Jason Azzopardi, li aġevola lil Zaren, il-ħabib ta’ Paul. L-istess Jason Azzopardi li huwa wieħed mill-kelliema elwnin dwar good governance fi ħdan il-PN illum.
Il-Ministru Owen Bonnici żvela li l-ewwel ftehim minn tnejn dwar l-art tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi kien sar mingħajr lanqas biss kien jaf li qed jinħadem il-Kummissarju tal-Artijiet. Dan meta l-Kummissarju huwa dak responsabbli għal dan id-‘deal’. Dak iż-żmien, kien politikament responsabbli Jason Azzopardi.
Bħalli kieku l-ewwel kuntratt tal-2009 ma kienx biżejjed, kien hemm pass ieħor tliet snin wara, sena qabel l-Elezzjoni Ġenerali, li minnu kompla jgawdi Żaren Vassallo.
Il-Ministru Bonnici tenna li kemm ilu fil-politika ma ltaqax ma’ rapport tal-Awditur Ġenerali ta’ dan it-tip.
U forsi qatt ma kien hemm persuni fil-politika li waslu għal dawn il-livelli. Almenu m’hemmx bżonn ċensura għad-diċenza, għax l-espressjoni Taljana wkoll miktuba ħażin.