L-Unjoni Ewropea mhux se tirrikonoxxi l-ħakma tat-Taliban fl-Afganistan.
Dan intqal mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen f’konferenza tal-aħbarijiet fi Spanja.
Dan hekk kif von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropea Charles Michel laqgħu l-ħaddiema Afgani li jaħdmu mal-Unjoni Ewropea, li ġew evakwati minn Kabul.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qal li l-Unjoni Ewropea mhu se tagħmel l-ebda diskussjoni mat-Taliban.
F’din il-konferenza tal-aħbarijiet, Ursula von der Leyen qalet li huwa dmir tal-Unjoni Ewropea li tgħin ir-refugjati li qed jitilqu mill-pajjiż u anke dawk li se jibqgħu fil-pajjiż.
Hawnhekk hija proponiet sabiex tiżdied l-għajnuna umanitarja ta’ €57 miljun li kienu allokati sabiex jingħataw lill-Afganistan.
Qalet kif dan il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea se jmur sabiex ikunu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u anke ta dawk li issa qed jitqiesu bħala minoranza, jiġifieri n-nisa u t-tfajliet.