Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm ħareġ sejħa urġenti fuq facebook għal demm tat-tip O u A positive. Is-sejħa hija waħda urġenti hekk kif hemm pazjenti fl-isptarijiet li għandhom bżonn dan it-tip ta’ demm.
Il-pubbliku jista’ jagħti d-demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa kuljum bejn it-8:00 u s-18:00.
L-Għawdxin jistgħu jagħtu d-demm fid-Dipartment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li se jkun miftuħ il-Ħadd bejn it-8:00 u s-13:00.