Il-Bank tad-Demm kellu jerġa’ jagħmel appell urġenti fi ftit sigħat. Dan għax ir-riserva tad-demm mhix dik ideali u fil-fatt hemm bżonn urġenti ta’ donazzjonijiet tad-demm partikularment tal-gruppi O positive u A positive.
“F’dan il-mument diffiċli fejn il-pazjent ma jistax jistenna qed nitolbu l-wiri tal-ġenerożità bl-għotja tad-demm minn dawk kollha f’saħħihom,” appella l-Bank tad-Demm f’komunikat.
Dan possibbliment għandu jsir minnufih fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm.
Grazzi f’isem il-pazjenti li qed jistennew għad-demm. Waqfa ta’ ftit minuti jaf issalva ħajja.