L-iskola professjonali taż-żfin Steps Ahead, li fiha jattendu 150 student li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 4 u 60 sena għadha kif marret fi BlackPool fir-Renju unit fejn apparti minn kompetizzjonijiet, paxxew lin-nies biż-żfin professjonali tagħhom.
Iċ-ċkejken Keane Scerri De Carlo huwa ż-żeffien li rebaħ kompetizzjonijiet mondjali, fejn ilu għal dawn l-aħħar xhur imur barra minn Malta biex jikkompeti ma’ żeffiena internazzjonali. Iċ-ċkejken saħaq li għakemm ikun imbeżża’, xejn ma jaqtgħalu qalbu.
”Meta mort hemmek rajt ħafna koppji tajbin jiżfnu u għidt immur niżfen l-aħjar li nista’ imbagħad li jiġri jiġri”
Id-Direttriċi u għalliema f’din l-iskola Rosella Scerri De Carlo spjegat kemm l-istudenti tagħha huma ddedikati u li jkollhom jagħmlu sagrifiċċji kbar biex jiksbu dak li jixtiequ.
“Dis-sena kienet naqra kiefra għax kif tafu kellna sajf pjuttost sħun jiġifieri dawn qed nitkellmu fuq tfal li jibdew t’erba’ snin li jinsew il-baħar jinsew il-birthday parties, jinsew kollox bażikament u jqattgħu ħajjithom hawnekk.”
Matteo Camilleri, student ieħor f’din l-iskola spjega li jekk ma tagħmilx sagrifiċċji ma tista’ tasal imkien.
“L-esperjenza kienet ferm pożittiva, ħadna ħafna pjaċir, niżżilna ħafna trophies u naħseb li għamilna isem tajjeb lil-Malta.”