It-tim lokali tal-kickboxing Wu Shu Ky kompla jġib unur lil pajjiżna bil-prestazzjoni eċċellenti tal-atleti tiegħu fil-Kampjonati Dinji tal-World United Martial Arts (WUMA) li saru f’Argos, il-Greċja.
Ġewwa l-klabb fil-Mosta tkellimna mas-Sensei Alan Borg li flimkien ma’ għalliema oħrajn gwidaw lill-atleti sabiex jiksbu riżultati sbieħ f’din il-kompetizzjoni unika.
“Aħna bħala klabb qegħdin affiljati ma’ federation barranija ingliża, ibbażata Londra. Din kull sena torganizza world championship ġewwa pajjiż differenti, eżempju f’Malta saret darbtejn 2016 u 2006. Din is-sena kien imiss il-Ġreċja fejn tellajna team ta’ ħamsa minn nies. Ġibna 3 rebħiet, telfa waħda u wieħed ma’ kkompetix għax l-avversarju tiegħu weġġa’ l-fight ta’ qabel u ma’ kkompetix. Jiġifieri overall aħna morna tajjeb, ġibna 3 trophies, waħda lost u waħda ma’ ħax sehem”
Iltqajna wkoll ma’ wħud mill-kompetituri. Spjegawlna li minkejja li wħud minnhom għadhom ta’ età żgħira ħafna, irnexxielhom jġibu unur lil pajjiżna u ddiskrevew din l-esperjenza bħala waħda li ma jinsew qatt u pass kbir fil-karriera taħhom.
“Ilni nitrenja kważi 3 snin, f’Novembru ngħalaq 3 snin u kont eċitat ħafna biex nikkompeti għal kemm ma kinitx l-ewwel darba. Kienet esperjenza sabiħa li rnexxieli nsiefer barra u nikkompeti fiċ-championships tad-dinja u kienet l-ewwel darba li sifirt barra biex nagħmel dan l-sport u nikkompeti, esperjenza mill-isbaħ, jilqgħuk u tħossok qisek fil-kultura tagħhom.”
Is-Sensei Alan Borg temm jgħid li dan l-sport li qed isir iktar u iktar popolari mal-Maltin filwaqt li wħud jippratikawħ b’mod kompetittiv ħafna jfittxuħ bħala mod sabiex jaqtgħu mir-rutina ta’ kuljum u jibqgħu b’saħħithom fiżikament u mentalment.
Barra minn hekk qal li l-atleti diġà qegħdin jippreparaw għall-kompetizzjonijiet futuri fejn għal darba oħra ser jaraw li jniżżlu magħhom riżultati sbieħ, din id-darba ġewwa l-Ingilterra.
“Dan huwa fitness training, cardio u jgħinek ħafna mentalment, min irid jikkompeti aħna lesti nwassluħ għall-competition kif hawn dawn it-tnejn li diġa lookling forward għall-Ingilterra s-sena d-dieħla. Boxing hawn ħafna clubs hawn Malta, aħna qedin ġewwa l-Mosta u hawn xi 20 club mifrux ma’ Malta”