Disa’ siti tal-Heritage Malta ingħataw Ċertifikat ta’ eċċellenza għas-sena 2016 filwaqt li żewġ siti oħra ingħataw The Travellers’ Choice Award minn TripAdvisor, li huwa l-aktar sit magħruf tal-ivvjaġġar. Heritage Malta irċiviet dawn l-unuri għal dawn is-siti għal erba’ snin konsekkuttivi.
Il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, l-ipoġew ta’ Ħal Saflieni, l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, it-tempju tal-Mnajdra, Tempji ta’ Ħaġar Qim u dawk tal-Ġgantija flimkien mal-mużew marittimu, il-katakombi ta’ San Pawl u l-forti Sant Iermu ingħataw ċertifikat ta’ eċċellenza minn Tripadvisor. L-ipoġew ta’ Ħal Saflieni u t-tempji ta’ Ħaġar Qim irċevew ukoll Travellers’ Choice Award.
Kif spjega is-sit uffiċjali www.tripadvisor.com dan huwa ċertifikat prestiġjuż li jingħata lil fost l-aqwa siti minn madwar d-dinja.