Il-kickboxer ta’ 13-il sena Miraya Borġ kisbet unur prestiġġjuż hekk kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kisbet l-ewwel post fil-Kickboxing Kick Light waqt il-Martial Kombat Sports li saru f’Mazara Del Vallo fit-Tramuntana ta’ Sqallija.
Borġ kienet qed tikkompeti kontra atleti oħra ta’ livell minn bosta pajjiżi differenti, f’dan il-kampjonat dinji tal-arti marzjali.
Hija tifforma parti mit-Team Spartans Malta taħt it-tmexxija tal-coach Simon Chetcuti. Borġ spikkat għall-wirja li kellha b’taħlita ta’ daqqiet b’teknika.
Unur kbir għal Miraya Borġ li minkejja li ġejja minn pajjiż żgħir bħal Malta irnexxielha tagħti sfida lill-atleti oħra minn pajjiżi ikbar minn tagħna.