L-aħbar ta’ rifużjoni fit-taxxa ta’ ħdax-il miljun u erba’ mitt elf ewro, li minnha se jibbenefikaw mal-mitejn elf ħaddiem, intlaqgħet pożittivament mill-Unjins tal-ħaddiema.
Dan hekk kif bil-miżura mdaħħla mill-Gvern, dawn il-ħaddiema qed jingħataw lura parti mit-taxxa li ħallsu, u saħansitra dawk li jaqilgħu l-inqas u ma jħallsux taxxa, se jkunu l-iżjed li jibbenefikaw.
Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja, sostna li laqgħu din l-aħbar bi pjaċir, mhux sempliċement għall-flus li se jingħataw, imma għall-mod kif inhi maħduma: Biex dawk l-iktar fil-bżonn jingħataw l-iktar għajnuna.
Bugeja qal “Li s-surplus li qed isir fil-pajjiż qed narawh u kulhadd qed ihossu kif imur. U l-gvern qed jifrex dawn il-beneficcji, minghajr ma jxekkel it-tkabbir u l-kompetittivita tal-industrijalist privat biex ma jzidlux l-ispejjez. U dawn il-11-il miljun li se jitqassmu zgur li se jghinu lill-ħaddiema fil-ħajja tagħhom li tinċentivahom jaħdmu u jgħixu ħajja aħjar.”Innota li b’din il-miżura, saħansitra min hu bil-paga minima se jgawdi bil-bosta.
Qabel ma’ dan Colin Galea, is-Segretarju Ġenerali tal-Forum Unions Maltin – li wkoll laqa’ din l-aħbar b’sodisfazzjon.
Sodisfazzjoni, sostna, għaliex il-Gvern qed iżomm ma’ dak li wiegħed fil-baġit.
Dan b’miżura ta’ solidarjetà ma’ min l-iktar li għandu bżonn, inkluż dawk bi dħul baxx u part time.
Fil-fatt, innota kif din il-miżura tirrispetta l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali. Dan hekk kif ċertu persuni, fosthom ħafna nisa, jaħdmu part-time minħabba l-familja. U l-Gvern qiegħed jgħinhom.
Galea “Allura meta tara li jien qed nahdem part time forsi mhabba l-bzonnijiet familjari ghax hemm bzonn li nahdem part time, il-Gvern lili l-izjed li qed jghinni. Allura jaghmilli kuragg biex inzomm il-work life balance kif inhi minhabba l-bzonnijiet forsi tal-familja jew personali.”
Innota wkoll li l-ħaddiem, meta jara li l-Gvern qed jaħseb fih, jagħmel kuraġġ biex iqum fuq saqajh, u jkabbar l-ħiliet tiegħu.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Forum Unjins Maltin awgura li jkun hawn iktar opportunitajiet bħal dawn. Opportunitajiet importanti biex mill-kejk ekonomiku jiekol kulħadd.