Ungeriż ta’ 60 sena li kien imfittex mill-Awtoritajiet Ungeriżi biex jiskonta sentenza ta’ 4 snin priġunerija b’rabta ma’ serq aggravat, ġie arrestat mill-pulizija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali.
Ir-raġel ġie arrestat fl-inħawi tal-Imsida mill-pulizija Maltija permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Awtoritajiet Ungeriżi wara ġimgħat ta’ investigazzjoni.
Ir-raġel vjaġġa lejn Malta wara li kien ħarab lill-awtoritajiet Ungeriżi qabel ma beda jiskonta s-sentenza.
Hu mistenni li jitressaq il-Qorti għada biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni.