L-eks Re ta’ Spanja Juan Carlos telaq minn pajjiżu lejn destinazzjoni mhux magħrufa wara li ħabbar dan ilbieraħ f’ittra li bagħat lil ibnu. Huwa xorta se jibqa’ disponibbli għal investigazzjoni li hu għandu rabtiet magħha.
F’Ġunju li għadda l-ogħla Qorti fi Spanja bdiet tinvestiga l-allegat involviment tal-eks re, li llum għandu 82 sena, f’kuntratt mal-Arabja Sawdija. Juan Carlos abdika fl-2014 wara renju ta’ kważi erbgħin sena, wara li kienet bdiet investigazzjoni dwar l-allegat korruzzjoni u każ ieħor ta’ btala li ħa r-re biex jikkaċċja l-iljunfanti fi żmien kriżi finanzjarja fi Spanja.
Ritratt: Getty Images