F’għeluq il-135 sena mit-twaqqif tas-Socjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae AD 1883, il-Banda ġiet mistiedna mill-Komunità ta’ Gela, fi Sqallija, sabiex tipparteċipa fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja, nhar it-Tnejn 2 ta’ Lulju 2018.
Takkumpanja l-banda telgħet ukoll l-akbar umbrella f’Malta. Liema umbrella ġiet maħduma fl-2001 mill-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Grazzja, umbrella li tista’ tgħid saret famuża mhux biss mal-Gżejjer Maltin għall-kobor enormi tagħha, iżda wkoll barra minn xtutna.
Takkumpanja l-banda kif ukoll l-akbar umbrella f’Malta, intramat fi Sqallija l-famuża mrewħa li tintuża mill-istess għaqda fil-festa tal-Madonna tal-Grazzja fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.