Ukrena ta’ 37 sena weħlet erba’ xhur ħabs wara li nstabet ħatja li tlajjat bi skop ta’ prostituzzjoni.
Fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għadda, bil-ħsieb li jxennaq l-irġiel li kienu għaddejin minn quddiemha, Snizhana Oborina pruvat tħajjar lill-irġiel biex jużaw is-servizzi tagħha.
Hija ġiet akkużata wkoll li offendiet il-morali pubbliċi meta għamlet dan fi Triq Wilġa, f’Paceville.
Filwaqt li d-difiża appellat biex l-akkużata ma tintbagħatx il-ħabs, il-Maġistrat Gabriella Vella ordnat li l-Ukrena li tgħix f’Birkirkara tingħata sentenza ta’ priġunerija effettiva.