Ukren ta’ 96 sena li salva mill-Olokawst tan-Nażisti fit-Tieni Gwerra Dinjija nqatel waqt attakk mir-Russja fil-belt ta’ Kharkiv.
L-anzjan Boris Romantschenko inqatel nhar il-Ġimgħa li għadda waqt li truppi Russi kienu qed jisparaw fuq blokka ta’ appartamenti fejn kien jgħix.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt l-istess attakk ġie rrapportat ukoll li nqatlet tifla ta’ disa’ snin.
Romantschenko huwa fost il-500 vittmi li nqatlu f’Kharkiv fl-aħħar ġimgħat.