Ukren, ta’ ħamsa u erbgħin sena weġġa’ serjament wara li waqa’, waqt li kellu argument ma’ żagħżugħ ta’ għoxrin sena. L-argument seħħ fi Triq Ġulju, f’San Pawl il-Baħar.
Kien għall-ħabta ta’ nofsillejl nieqes kwart, meta l-Pulizija ġiet informata li kien hemm raġel mitluf minn sensih mal-art. Hemmhekk ġie ċċertifikat li l-kundizzjoni tiegħu hi waħda serja.
Mill-investigazzjonijiet li saru jirriżulta li l-vittma, li aktar tard ġie identifikat allegatament kien involut f’argument, bil-konsegwenza li waqa’ u sofra xi ġrieħi.
Dwar dan il-każ, il-Pulizija qed tkellem raġel ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar biex jgħin fl-istħarriġ.
Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Yana Micallef Stafrace, qiegħda tmexxi inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.