Fl-Ukrajna, madwar 3,000 priġunier ingħataw il-ħelsien biex imorru jiġġieldu fil-gwerra bejn dan il-pajjiż mar-Russja.
Dan seħħ wara li l-Gvern Ukren daħħal liġi li biha priġunieri f’dan il-pajjiż ikunu jistgħu jmorru jiġġieldu fil-gwerra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-għan ta’ din il-liġi hi li żżid is-suldati favur l-Ukrajna, fi gwerra li bdiet fi Frar ta’ sentejn ilu.
Dawn se jagħmlu taħriġ ta’ 40 jum u wara jingħaqdu mas-suldati l-oħra fil-battalja.