Il-mexxejja dinjija telqu minn Glasgow hekk kif hemm qbil fuq fehmiet importanti, iżda ħafna mill-kwistjonijiet jaħarqu għadhom fuq il-mejda tan-negozjar.
Dan hekk kif l-għan tas-summit COP26 huwa li jkun hemm deċiżjonijiet sabiex it-temperatura dinjija ma tiżdiedx aktar minn grad u nofs celcius meta mqabbla maż-żminijiet ta’ qabel l-iżvilupp industrijali.
Barra mill-kmamar tan-negozjar, għadhom għaddejjin il-protesti u saħansitra għadu għaddej l-istrajk tal-ġbir tal-iskart u t-tindif tat-toroq. Infatti, t-toroq huma kkaraterizzati b’laned taż-żibel iffullati fost oħrajn.