Madwar erbat iħnieżer li nstabu fl-għelieqi fil-Mellieħa lura f’Awwissu għadhom qed ifittxu familja li lesta tadottahom u tħobbhom.Dan hekk kif minn 14-il ħanżir, l-għaqda Animal Liberation Malta, irnexxielha ssib kenn għal għaxart iħnieżer fejn issa kull ma fadal erbgħa.
Minkejja li pprovaw iżommu dawn il-ħnieżer kollha flimkien, il-liġi tgħid li persuna li mhix rreġistrata bħala raħħal li jrabbi l-ħnieżer ma tistax żżomm aktar minn żewġt iħnieżer. Kien għalekk li kellhom jirrikorru għal adozzjonijiet biex dawn il-ħnieżer, minflok ikollhom destin ikrah u jispiċċaw jinqatlu, jiġu adottati u mrobbijin b’ċirkustanzi aħjar.
Kull min hu interessat li jadotta wieħed minn dawn il-ħnieżer jista’ jagħmel kuntatt mal-għaqda fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom.