Fil-kapitali Spanjola, Madrid, madwar 300,000 ħaddiema rritornaw għax-xogħol it-Tnejn. Kelliem għall-Gvern Spanjol ħabbar dan hekk kif il-pajjiż beda jerħi ftit mir-restrizzjonijiet tal-lockdown. Il-lockdown fis-Spanja, wieħed mill-aktar pajjiżi milquta mill-pandemija, ilu fis-seħħ xaharejn.
B’din id-deċiżjoni tal-Gvern, uħud mill-ħaddiema li xogħolhom ma jippermettilhomx li jaħdmu mid-dar fosthom fil-kostruzzjoni u l-manifattura reġgħu daħħlu għax-xogħol. Madanakollu, negozji li mhux meqjusa neċessarji fosthom ristoranti u barijiet se jibqgħu magħluqin.
Bħalissa Spanja għandhom aktar minn 169,000 każ, b’aktar minn 17,400 imwiet. Iżda fil-jum tat-Tnejn irreġistrat 517-il mewt, it-tieni l-inqas rata ta’ mwiet fl-aħħar tliet ġimgħat.