Il-kok personali tal-kantant Prince, li tilef ħajtu fl-21 ta’ April, irrakkonta li fl-aħħar xhur ta’ ħajtu, il-kantant kien qed ibagħti minn uġigħ fl-istonku kif ukoll fi griżmejħ.
Ray Roberts kien il-kok personali tal-kantant għal kważi tlett snin. Qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet ‘Associated Press’ li matul l-aħħar xhur ta’ ħajtu, Prince kien qed ikun differenti mis-soltu. Iżda kien propju mill-ikel li beda jitlob il-kantant li wassal sabiex Roberts jintebaħ li dan il-kantant kellhu problemi serji f’saħħtu.
Beda jitlob għall-ikel li huwa aktar faċli sabiex il-ġisem jiproċċessaħ. Prince beda jiekol u jixrob ħafna anqas minn qabel u dan kien evidenti fl-apparenza tiegħu, għaliex fl-aħħar xhur tilef ħafna piż.
Uffiċjali anonimi li qiegħdin jinvestigaw il-mewt tiegħu tkellmu dwar il-possibilita’ li fl-aħħar gimgħat ta’ ħajtu l-kantant kien qed jieħu mediċina qawwija ħafna sabiex ma jħossx uġigħ. Dan seta wassal sabiex il-kantant imut b’ overdose.
Rapporti f’mezzi tax-xandir internazzjonali jgħidu li din il-mediċina kienet fil-kumpless Paisley Park fejn il-kantant instab mejjet, iżda ftit li xejn hemm dettalji.
Qed jiġi investigat ukoll jekk kienx hemm tabib abbord il-private jet ta’ Prince meta ftit jiem qabel il-mewt tiegħu, l-ajruplan għamel inżul ta’ emerġenza minħabba li beda jħossu ma jiflaħx.
Il-kok Ray Roberts jidher hawn f’ritratt mis-sit telegraph.co.uk.