Il-President tal-Uganda Yoweri Museveni ffirma Abbozz ta’ Liġi Kontra l-Omosesswalità, li hwua fost l-eħrex fid-dinja.
L-atti omosesswali diġà huma illegali fl-Uganda iżda issa kull min jinstab ħati jeħel għomor il-ħabs.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-leġiżlazzjoni timponi l-piena tal-mewt għall-hekk imsejħa każijiet aggravati, li jinkludu sess omosesswali ma’ xi ħadd taħt it-18-il sena, jew fejn xi ħadd ikun infettat b’mard tul il-ħajja, inkluż l-HIV.
Dan il-pass wassal għal twissija min-Nazzjonijiet Uniti u l-Istati Uniti, fost oħrajn minħabba li għadd dejjem jiżdied ta’ nies qed jibżgħu jfittxu servizzi tas-saħħa essenzjali għalihom minħabba l-biża’ li jiġu attakkata u kastigati. Fosthom hemm dawk li għandhom bżonn trattamenti għall-HIV.
Ritratt: AFP