Uffiċjali tas-salvataġġ Torok ħadmu bla heda matul il-lejl li għadda hekk kif blokka ta’ appartamenti waqgħet f’Istanbul.
F’dan l-inċident mietu mill-inqas 2 persuni u 7 ġew midruba però hemm il-biża li hemm xi nies taħt it-terrapien fil-belt ta’ Kartal.
Il-binja kienet id-dar ta’ 43 ruħ li kienu jgħixu f’14 il-appartament.
Għadu mhux magħruf x’ikkawża dan l-inċident fatali.
Skont il-gvernatur ta’ Kartal, it-3 sulari ta’ fuq kienu mibnija illegalment.
Ħanut tad-drappijiet li kien jinsab fis-sular t’isfel kien fortunatament vojt waqt il-ħin tal-inċident.