Rapporti mill-Istati Uniti qed jgħidu kif l-whistleblower li żvela l-konverzazzjoni bejn il-President Ukren Volodmyr Zelensky u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump kien uffiċjal tas-CIA.
L-informazzjoni wasslet sabiex l-ispeaker tal-Kamra Nancy Pelosi tħabbar inkjesta li tista’ twassal għat-tneħħija tal-President Amerikan.
L-istess rapporti komplew jgħidu kif l-ufficjal, issa whsitleblower għamel xi żmien jaħdem fil-White House. L-avukat tal-whistleblower qal li ismu aħjar ma xxandarx hekk kif jista’ jkun fil-periklu.
Il-whistleblower qal li uffiċjali għolja tal-White House ppruvaw jaħbu d-dettalji kollha tal-konverżazzjoni telefonika li saret f’Lulju li għadda, fejn Trump għamel pressjoni fuq Zelensky biiex jinvestiga lill-kandidat Demokratiku u eks Viċi President tal-Istati Uniti Joe Biden wara li allegatament intervjena biex titwaqqaf prosekuzzjoni Ukrena biex jipproteġi lil ibnu Hunter Biden.
Ritratt: BBC News