Intervent f’waqtu minn uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, wassal biex jiġi salvat poni.
It-talba għall-għajnuna fil-Kamra tal-Kontroll tal-Protezzjoni Ċivili daħlet it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tad-disgħa u kwart, meta ż-żiemel żgħir baqa’ dieħel f’electric fence u baqa’ jiġri fl-għalqa, biex spiċċa waqa’ f’kanal tal-ilma, b’wisa’ ta’ ħamsa u tletin ċentimetru biss.
L-uffiċjali mill-istazzjon tax-Xemxija marru mill-ewwel għal operazzjoni ta’ salvataġġ, fejn il-poni ġie salvat u sofra biss ġrieħi ħfief.

