Membri tal-Korp tal-Pulizija qegħdin iwettqu diversi rondi fost oħrajn fil-belt kapitali Maltija biex jinfurzaw u jewdukaw lill-pubbliku dwar il-miżuri li hemm fis-seħħ li se jwaqqfu l-imxija tal-Covid-19.
F’post fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, il-Korp tal-Pulizija wissew li l-maskra għandha tgħatti l-imnieħet, il-ħalq u l-geddum u għandha tiġi pprattikata d-distanza soċjali.
Dan filwaqt li ħeġġew lill-pubbliku biex ma jarmux il-maskra barra fit-triq.