Dan ir-ritratt ittieħed dalgħodu ġewwa Fond Għadir f’tas-Sliema.
Uffiċjali tal-ERA marru fuq il-post u kkonfermaw li dak li qiegħed jiġi deksritt bħala “żlieġa” f’rapporti tal-midja mhu xejn ħlief seafoam (ragħwa tal-baħar) li fforma minħabba r-riħ u l-kurrenti tal-baħar li nġemgħu max-xatt tul tas-Sliema u San Ġiljan u miegħu hemm trab u frak tal-pjanti.
Dan mhux ‘slime’, ċioe żliega li oriġinat minn fish farms, imma huwa fenomenu naturali li jseħħ f’dan iż-żmien tas-sena.