Ilbieraħ filgħaxija waqt tfittxija, uffiċjali tad-Dwana sabu żewġ pistoli, flair gun u munizzjon f’vann li kien għadu kif wasal minn Sqallija.
L-Uffiċjali li kienu qegħdin jagħmlu diversi tfittxijiet meta vann twaqqaf biex ikun spezzjonat b’aktar reqqa.
Waqt l-ispezzjoni, is-sewwieq qal lill-uffiċjali li kien qed iġorr senter, airgun, flare gun u munizzjon li issa jinsabu għand il-pulizija għal aktar investigazzjoni.