Uffiċjali tad-Dwana Maltija mill-Uffiċju tal-Merkanzija interċettaw pakkett b’kilo droga. Fih kellu borża tal-plastik b’żewġ envelopes, u kien indirzzat lejn residenza f’Malta.
Kull envelope kellu nofs kilo ta’ sustanza suspettuża, li wara testijiet li saru fuq il-kontenut irriżultaw fil-pożittiv għall-marijuana.
Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.