Uffiċjali tad-Dwana għamlu qabda ta’ 48,620 sigarett tal-kutrabandu, flimkien ma’ iżjed minn 200 kilogramma ta’ tabakk f’garaxx f’Birkirkara.
Waqt spezzjonijiet mill-uffiċjali tad-Dwana nstab raġel li kien qed ipoġġi s-sigarett minn ġewwa l-garaxx għal ġo karozza tat-tip Peugeot Partner.
Meta ġie mistoqsi dwar minfejn ġab is-sigaretti, ir-raġel qal li xtrahom minn xi ħadd f’Malta.
Fi stqarrija ntqal li l-akkużat ma ħallasx f’iżjed minn €41,000 taxxa f’VAT.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.