Ilbieraħ filgħaxija, Transport Malta għamlet ħamsa u disgħin spezzjoni fuq vetturi bi pjanċi Y u fuq għadd ta’ e-scooters f’San Ġiljan.
Dan ħareġ minn stqarrija ta’ Transport Malta li qalet li f’dawn l-ispezzjonijiet instabu tmien nuqqasijiet, fosthom tliet vetturi mingħajr it-tag meħtieġa, oħrajn ipparkjati mhux suppost, karozza oħra fixklet it-traffiku u vettura oħra kienet f’venda mhux awtorizzata.
Dan filwaqt li mill-e-scooters li ġew spezzjonati nstabulhom wieħed u erbgħin ksur tal-liġi. Fosthom ingħataw multi minħabba li kienu pparkjati b’mod illegali, minħabba li għaddew minn no-entry u oħra għal sewqan bla liċenzja valida.
Transport Malta qalet li l-operazzjoni saret bil-għan li tiżġura konformità mar-regolamenti tas-sigurtà fit-toroq.