B’kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi u l-Kummissjoni Għolja Ingliża f’Malta, sar taħriġ dwar it-traffikar tal-bnedmin lil numru ta’ uffiċjali responsabbli mit-taħriġ tal-piloti u l-ekwipaġġ fil-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta.
Dan it-taħriġ iffoka fuq l-involviment tal-linji tal-ajru fl-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ traffikar tal-bnedmin u l-ġbir ta’ informazzjoni għall-prevenzjoni ta’ dan ir-reat.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli faħħret din l-inizjattiva u x-xogħol kollu li qed isir sabiex tkompli titqajjem kuxjenza dwar dan il-fenomenu.