Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali salvaw qattusa li kienet maqbuda f’bitħa privata f’San Pawl il-Baħar.
Kienu ġirien li avżaw lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali dwar kif il-qattusa tinsab maqbuda f’bitħa privata fi Triq Borradino f’San Pawl il-Baħar, liema bitħa s-sidien tagħha jżuruha fis-sajf biss.
Kien minn hawn li l-uffiċjali żaru s-sit u għamlu minn kollox biex isalvaw lil din il-qattusa li ma kellha ebda għażla oħra ħlief tistenna lil xi ħadd iħenn għaliha.