Linji tal-ajru Libjani ma jistgħux jidħlu f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, dan ifisser li rapport li l-Afriqiyah Airways tista’ topera bejn Malta u l-Libja huma foloz.
Id-direttorat tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan Transport Malta tenna li għandu jkun hemm distinzjoni bejn bosta artikli kemm lokali u internazzjonali li qed jallegaw li linji tal-ajru Libjani ser ikunu qed itiru lejn Malta minkejja r-restrizzjonijiet Ewropej. Transport Malta bħala r-regolatur tal-avjazzjoni f’ Malta inneggat dawn ir-rapporti.
Dan ifisser li preżentament titjiriet mill-Libja huwa pprojbiti milli jidħlu fl-UE. L-Italja, il-Greċja u Malta għandhom restrizzjonijiet addizzjonali fuq titjiriet lejn u mil-Libja anke meta dawn it-titjiriet ikunu operati minn piloti mhux Libjani. Fil-fatt, kwalunkwe titjira li titlaq mill-Libja hija pprojbita li tidħol l-Italja jew il-Greċja.
Eċċezzjonijiet speċjali jingħataw mill-Euro Control u l-istati membri biss biex ajruplani libjani jtiru minn u lejn faċilitajiet ta’ manutenzjoni Ewropej mingħajr ebda passiġġiera.
Tajjeb li wieħed jinnota ukoll li fil-ftehim dwar is-servizzi tal-ajru, bejn Malta u l-Libja, l-Afriqiyah Airways m’għandha l-ebda dritt li topera bejn Malta u l-Libja. Transport Malta qalet ukoll li r-rapport li deher fil-midja li operatur Libjan sab mod kif jopera f’pajjiżna minkejja r-restrizzjonijiet Ewropej huwa falz ukoll. Hekk kif pajjiżna huwa membru tal-EASA u tal-Unjoni Ewropea u għalhekk isegwi l-istandards u regoli kollha li japplikaw għal kull membru stat.